Proġetti

Fis-sajf 2014, fir-Razzett sar xogħol sfieq fuq Proġett ieħor.  Inħadem puġġaman tal-ħadid u tpoġġa fuq is-setaħ.  Dan biex inżidu is-saħħa u s-sigurta' fir-Razzett tal-Markiż.  Dan sar bil-ħidma tal-membri tal-kumitat: David u Nathanael Zammit:

DSCF7587

DSCF7588

DSCF7591


Nhar is-Sibt 5 ta' April 2014 ġew imbierka l-ħbabat tal-bronż ġodda tal-bieb ewlieni tar-Razzett tal-Markiż:

 

hbabat01 
 Dawn il-ħbabat twaħħlu nhar is-Sibt 29 ta' Marzu 2014.
 Dan wara li l-bieb ta' barra ngħata manutenzjoni kif imiss mill-membru ħabrieki 
tal-kumitat, Alfred Cassia.

IMG 0705

Il-ħbabat saru fuq disinn ta' Geoffrey Galea ibbażat fuq il-logo tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti.
Il-mudellatura fit-tafal saret minn Frans Muscat.
Il-brunżatura saret f'Malta mill-Kumpanija ta' Joseph Chetcuti.

IMG 0701

hbabat02

Munaġġ : Rita Demicoli


 Huwa pjaċir tagħna li nurukom żewġ proġetti ġodda fir-Razzett:

Sistema ta' Dawl ġdida għall-faċċata tar-Razzett  
għal konsum anqas ta' enerġija elettrika:

IMG 0752


 Proġett ieħor huwa ta' kisi ta' l-art tat-teatru miftuħ bit-turf artifiċjali:

Hawn jidhru membri tal-Kumitat u ħbieb ta' l-Għaqda waqt ix-xogħol:

Turf1

Din hi d-dehra l-ġdida tat-Teatru Miftuħ:

Turf 1

Turf 2


Nhar it-Tnejn 15 ta' Settembru 2013 ġiet mogħtija l-membrane fuq il-bejt tar-Razzett tal-Markiż.  Dan bħala protezzjoni konta ħsarat spiss ikkawżati mix-xita:

DSCF7448

 


 

NIPPREŻENTAW IL-LOGO GĦAS-SENA 2013

 Nippreżentaw il-Logo li ser jikkommemora t-30 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti flimkien mal-15 il-sena anniversarju mill-akkwist tar-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone bħala s-sede uffiċċjali tal-Għaqda:

Logo 30 Sena bw

Dan il-Logo ser jibda jintuża fl-2013

__________________________________________________________________________________

TEATRU MIFTUĦ

Nhar l-14 ta’ Frar 2012, il-ġardina ta’ dan iċ-ċentru ingħatat dehra u kunċett ġdid u dan wara li rnexxielna ngibu l-permessi mehtieġa.

B’hekk dan l-ispazju nbidel idealment biex fih jitfassal teatru miftuħ u b’hekk, l-aktar matul is-sajf, jistgħu jittellgħu attivitajiet ta’ drama jew kunċerti.  Ser jkun jista’ jintuża wkoll għar-riċevimenti wara xi okkażjoni ta’ ftuh ta’ wirja. 

Bix-xieraq li nesprimu l-gratitudni tagħna lill-Kap ta’ l-iskola Sekondarja Bniet fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina, Ms Lina Deguara, il-Kunsill Skolastiku u kif ukoll lill-Perit Noel Gauci ta’ l-appoġġ li sibna minn għandhom.  Nizzu hajr ukoll lil dawk il-voluntieri, membri u ħbieb ta’ l-Ghaqda Talent Mosti, li ħadmu f’kundizzjonijiet ta’ temp mill-aktar xitwi, biex finalment jitwettaq dan il-proġett utli.  Nirreferu għal Joe Bartolo, David u Nataniel Zammit, Karmnu Saliba, Karmnu Muscat, Ġanni Mamo, Carmelo Fenech u Frans Muscat.  Prosit u grazzi lil kulħadd. Aħna konvinti li dan il-proġett ser jagħti l-frott tiegħu fil-futur qarib.

 

 Dan it-teatru Miftuħ ġie inawgurat uffiċjalment nhar il-Ġimgħa 5 ta' Ottubru 2012.  Għal din is-serata attendew għadd kbir ta' Personalitajiet Distinti, Benefatturi u Ħbieb:

IMG 7261

____________________________________________________________________________________________________

PUBBLIKAZZJONIJIET

MILL-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI  

Sa mill-1998, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti ħasset il-ħtieġa li kull ħames snin toħroġ pubblikazzjoni biex tfakkar l-anniversarju mill-fondazzjoni tagħha.  Bdejna meta l-Għaqda għalqet ħmistax il-sena u biex infakkru wkoll l-akkwist tar-Razett tal-Markiż bħala l-Kwartieri uffiċjali tagħha.

KTIEB15F

Erġajna ħsibna xi ħaġa simili ghall-okkażajoni tal- għoxrin u l-ħamsa u għoxrin sena anniversarju, rispettivament. 

IMG 6445

B’dan ta’ l-aħħar, meqjus bħala pubblikazzjoni denja u professjonali, kemm bħala dokument fil-kontenut u kif ukoll b’mod pjaċevoli bħala tifkira.


Mill-esperjenza ta’ tletin sena, ħsibna li jkollna xi ħaġa differenti, imma li tibqa’ tibni b’mod pożittiv u innovativ fuq il-pubblikazzjonijiet preċedenti.  Din id-darba pproduċejna ktieb l-biċċa l-kbira bil-kulur u li għandu xeħta ġdida kemm fil-preżentazzjoni u kif ukoll rigward l-għażla differenti tas-suġġetti.  Dan huwa ktieb aktar konċiż, iżda żgur li mhux nieqes mid-dettalji meħtieġa, sabiex b’hekk tinkiteb l-istorja ħajja u mlewna ta’ din l-għaqda li ħadet isem u ġieħ mal-pajjiż kollu.

KTIEB 30 SENA - Copy

Huwa naturali li wieħed jistaqsi, jekk fiċ-cirkustanzi tal-llum għadx fadal lok għal pubblikazzjoni stampata meta t-tagħrif tista’ tiksbu elettronikament.  U dan jista’ jinkiseb faċilment mill-Website aġġornata ta’ l-Għaqda u minn siti oħrajn.  Iżda l-esperjenza wrietna li għalkemm illum l-informazzjoni tista’ tinġieb mill-ineternet, din ma ħaditx post il-ktieb.  Għalhekk dan l-appuntament beħsiebna nibqgħu nżommuh  għax hu kuntatt ħaj u fl-istess waqt ippreservat, li jorbot flimkien lilna d-diriġenti u l-membri ħabrieka ghall-interess tal-pubbliku Malti.  Wara kollox għandna nibqgħu nsostnu li l-ktieb postu u ħinu kullimkien.

________________________________________________________________________________________________________________

 Muntaġġ u Fotgrafija: Rita Demicoli

 __________________________________________________________________________________________________