Dawra mar-Razzett

 DAWRA MAR-RAZZETT TAL-MARKIŻ MALLIA TABONE – IL-MOSTA :

DSCF1234

 Dehra minn barra tar-Razzett tal-Markiż

 IL-MUŻEW TAL-FOLKLOR U WIRJA PERMANENTI TA’L-ARTI

Sabiex ikompli jagħti karattru Malti lir-Razzett tal-Markiz, mill-1998 sal-llum, Talent Mosti rnexxielu jiġbor kollezzjoni vasta ta’ għodod u snajja ta' l-imgħoddi.  Il-bicca l-kbira minnhom kienu komuni fis-seklu 19, filwaqt li oħrajn baqgħu jintużaw sa żmien it-Tieni Gwerra Dinija li warajha tista’ tgħid li nbidlet għal kollox il-ħajja Maltija għal waħda ta’ progress u informatika bla limiti.  Għaldaqstant, din il-kollezzjoni tgħinna biex napprezzaw aktar il-ħiliet ta’ l-antenati tagħna, li fuqhom hu mibni l-preżent.


Għodda antika użata mill-gabillotti fosthom il-furkettun, il-ħannieqa u għuda li kienet titpoġġa ma' għonq il-ħmar għad-dris.

Wara s-sajf tal-2011, sar xoghol ta’ kultivazzjoni ta’ dawn l-għodod u oġġetti antiki li bihom issa hu msebbaħ dan iċ-ċentru ta’ Kultura Nazzjonali.  B’imħabba u b’dedikazzjoni kbira, dawn it-tifkiriet ta’ dari, inġabru f’kamra għalihom li nbidlet f’mużew tal-forlklor Malti.

godda 2

Mezzi ta' tisjir użati minn missirijietna.Fuq ix-xellug jidhru wkoll xi għodod tal-biedja.

Godda 3

 Għodda tal-bini u kontenituri tal-fuħħar antiki. 

Fin-naħa tal-lemin isfel tidher balla tal-ħadid li kienet tintuża biex ixxekkel l-priġunieri milli jaħarbu. 

Saret ħidma sfiqa ta’ tisbiħ biex il-kmamar ta’ fuq, jingħataw dehra u kunċett ġdid.  Għalhekk ġiet imnedija wirja permanenti ta’ kwadri u skulturi li ġew ippreżentati lill-Għaqda minn bosta artisti magħrufin u oħrajn ġodda. F'dawn il-kmamar hemm ukoll vetrini ddedikati lill- Iskultur Anton Agius, l-Għannej Frans Baldacchino il-Budaj, l-Mro. Charles Camilleri, Oreste Chirchop u s-sehem tiegħu fil-film Vagabond King u It-Tenur Paul Axiak. 

IMG 6421

Dehra tat-taraġ li jwasslek għas-setaħ u l-kmamar ta' fuq

IMG 6426

 Parti mill-esebizzjoni tal-Arti permanenti li tinsab fl-għorfa ta' fuq

IMG 6427

Mudell elaborat tal-artal Maġġur tal-Knisja Arċipretali Rotunda tal-Mosta 

Fuq ix-xellug jidher il-bust ta' Carmelo Dimech - Benefattur kbir tar-Rodunda tal-Mosta.

IMG 6784

 Mejda bil-wiċċ tal-lava ġentilment magħtija minn Mediterranean Ceramics Ta'Qali. 

Din il-mejda qieghda żżejjen il-bitħa dedikata lil Frans Baldacchino il-Budaj.

 TEATRU MIFTUĦ:

Nhar l-14 ta’ Frar 2012, il-ġardina ta’ dan iċ-ċentru ingħatat dehra u kunċett ġdid. Dan l-ispazju ġie mibdul f’teatru miftuh u b’hekk, l-aktar maltul is-sajf, jistgħu jittellgħu attivitajiet ta’ drama jew kunċerti.  Se jkun jista’ jintuża wkoll ghar-ricevimenti wara xi okkazjoni ta’ ftuħ ta’ wirja. Dan it-Teatru ġie inawgurat uffiċċjalment nhar il-Ġimgħa 5 ta' Ottubru 2012.

DSCF1218

Inħallu f’idejkom biex tiskopru aktar dawn l-imkejjen ta’ interess kulturali u edukattiv fir-Razzett tal-Markiż, fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

 

 


Qabel nagħlaq din il-paġna, nixtieq nagħtikom assaġġ ta' Poeżija ddedikata lir-Razzett tal-Markiż u l-Għaqda Filantropika Talent Mosti:

 

LIR-RAZZETT TAL-MARKIŻ

 Sa minn tifla sirt naf bik 

Ftit biss bogħod minn fejn twelidt, 

Maqtugħ waħdek, bla ġirien 

Gawdejt ħdura w skiet kemm ridt.

  

Niftakar lil żewġ ġuvnotti 

Lis-sinjuri tal-Markiż

 B’xi barżakka wara daharhom

 Mexjin dritt, bil-pass preċiż.

 

 Biex huma jaslu sa fejnek

 Kellhom jaqsmu għelieqi w blat.

 Fejn qatt ħolmu sa nofs seklu

 Malta tkun lir-Razzett rat!

 

 Iż-żmien tbiddel, tela’ l-bini,

 M’għadx hemm satra fir-razzett;

 Flats moderni, skola, vilel

 Saret bidla mill-qiegħ nett.

 

  Xogħlu nbidel, ‘ma le surtu

 Żamm il-forma ta’ twelidu;

 M’għadux le jara ftit membri

 Iżuruh nies kemm iridu.

 

 Għaqda ta’ nies altruisti,

 Kuraġġjużi fl-istess ħin,

 Daħlu għal dax-xogħol fejjiedi

 Biex jgħinu lil dak u ‘l din.

  

Kabbru fostna l-kultura

 Infetħu l-bwieb tar-Razzett;

 Ħitan dobbli jerfgħu fuqhom

 Xogħol t’artisti mill-kbar nett!

 

Jidwi d-daqq ta’ l-istrumenti

Poeżija tħoll il-qalb

l-awtur jippreżenta xogħlu

ma jonsxux laqgħat ta’ talb.

 

 Nagħtu ħajr lil min dil-ħolma

Lilha dawwar f’realta'

Ġid kbir żġur, li qed jinkiseb

Minn kwalinkw’ attivita’

 

"Talent Mosti" int m’hawnx bħalek

Inħossni kburija bik,

Kompli uża t-talent tiegħek

Ġid u tama nara fik.

 

W’ir-Razzett kif jien niftakru

Gerbu fuqu sittin sena;

Flok tikmix fuq wiċċu fforma

Tbissim nara jdub fil-hena!

Poeżija ta': 

Mary Camilleri nee’ Quattromani

 Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli 

______________________________________________________________________________