Attivitajiet Reċenti
ATTIVITAJIET REĊENTI
Hawnhekk tistgħu tgawdu l-attivitajiet mtella' fir-Razzett tal-Markiż minn Jannar 2018:
__________________________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippresenta Wirja Artistika
Minn
Deborah Cachia
Il-Wirja ġiet inawgurata s-Sibt 13 ta' Jannar 2018
Mill-Eccellenza tagħha il-President ta' Malta Mary Louise Coleiro Preca
Il-Wirja baqgħet miftuħa sas-Sibt 27 ta’ Jannar 2018
Deborah Cachia twieldet fl-20 ta’ Mejju 1988. Hi wriet interess fl-arti sa minn eta’ bikrija. Bdiet tistudja l-arti meta kellha 14-il sena taħt il-gwida tal-artist Matthew Cassar. Permezz tal-arti tagħha Deborah tesprimi l-burdata u l-emozjonijiet taghha li jinbidlu minn zmien għall-ieħor. Il-ġeneru favorit tagħha huwa dak taz-zejt fuq it-tila. Il-pitturi tagħha jvarjaw minn xeni ta’ pajesaġġ naturali interpretat minn lenti moderna, figuri li jirapprezentaw il-bniedem kif ukol pitturi b’element simobliku.
Fotografija: F. Demicoli
Muntaġġ: Rita Demicoli
___________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir tellgħet taħdita pubblika dwar il-Patri Mosti Karmetitan
Avertan Fenech 1871-1943
Minn
Anna Cordeiro
Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 2018
ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone
Anna Cordeiro flimkien ma’ kelliema mistiedna tkellmu kif minn wara l-ħajja qaddisa ta’ dan il-Patri sa llum, kienu bosta dawk li qalgħu xi grazzja bl-interċessjoni tiegħu.
_____________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ippresentat
għas-57 edizzjoni tas-sensiela Niltaqgħu mal-Awtur
Din id-darba l-lenti kulturali tal-Għaqda iffokat fuq Mark Micallef Perconte
Il-fotografu wara s-sensiela ta’ kotba dwar il-Festi Maltin bl-isem:
Ilwien il-Festi Maltin
Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2018
Muntaġġ: Rita Demicoli - Fotografija: F. Demicoli
________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ippresentat id-19 il-Edizzjoni tas-
Serata Mużiko-Letterarja Sagra
Nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu 2018
Fit-Teatru tal-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina
Taħt il-Patroċinju tas-sur Mario Azzopardi
Direttur Kultura fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali
It-Talent mużikali kienu f-idejn
Is-Sopran Raisa Miarie Micallef u l-Gitarrist Alan Micallef
Wara din l-attivita’ ġiet mnedija
l-20 edizzjoni tal-Wirja tal-Passjoni
Bis-sehem ta’ diversi artisti u kollezzjonisti
Il-Wirja baqgħet miftuħa sa nhar Ħadd il-Għid
il-Ħadd 1 ta’ April 2018
***
L-Onorevoli Dr Adrian Delia żar il=Wirja nhar it-Tnejn 26 ta' Marzu 2018 żar il-Wirja :
Għal aktar tagħrif żuru Facebook: Razzett tal-Markiż
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
_____________________________________________
Nhar it-Tnejn 26 ta' Marzu 2018 Is-Sindku tal-Mosta is-sur Kieth Cassar
ppresenta Ċertifikat lill-Għaqda Filantropika Talent Mosti
tas-sehem tagħha billi tellgħet waħda mill-wirjiet ewlenin
tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa l-Mosta:
___________________
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
____________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippresentat
Wirja Artistika minn Charles Chetcuti
Il-Wirja ġiet inawgurata nhar is-Sibt 14 ta' April 2018
Il-Mistiedna Speċjali kienet is-Sinjura Mariella Pisani Bencini:
Il-Wirja baqgħet miftuħa sat-28 ta' April 2018
Uħud mix-xogħolijiet artistiċi ta' Charles Chetcuti:
Charles Chetcuti, mwieled fl-1961, wera nteress fl-arti minn meta kien għadu fl-iskola primarja. Fi żmien l-istudji tiegħu fis-sekondarja, huwa studja s-suġġett tal-arti fuq bażi volontarja fejn beda jpinġi bil-lapes, bil-pinna u jpitter biż-żejt.
Bħala adult għamel madwar għaxar snin jistudja u jipperfezzjona l-arti tal-fotografija, bl-għajnuna tas-Soċjeta Fotografika ta’ Malta. Xogħolu fil-fotografija kien jinkludi wkoll l-iżviluppar u l-iproċċessar kollu tar-ritratt, u dan kollu wasslu biex ġab ċertifikat avvanzat fil-fotografija. Il-proċess favorit ta’ Charles kien il- black and white waqt li s-suġġett l-aktar għal qalbu kien l-element uman.
Dan l-element uman baqa’ jirrifletti f’xogħolu meta kompla jistudja u jipprattika l-arti tal-pittura bis-serjetà. Wara kors ta’ filgħaxija bażiku fl-MCAST, u ieħor tat-tpinġija tal-figura taħt id-direzzjoni tal-artist is-Sur Eman Grima fis-Soċjeta tal-Arti u Kummerċ il-Belt , huwa beda kors ta’ diploma fl-Iskola tal-Arti, fil-Belt Valletta. Għal diversi snin Charles studja u pprattika t-teknika u l-komposizzjoni tal-pittura kif ukoll l-istorja tal-arti, b’direzzjoni ta’ diversi għalliema, fosthom is-Sur Alfred Portelli, is-Sur Anthony Sciberras, is-Sur Noel Azzopardi u Dr. Christian Attard. Għal dawn l-aħħar seba’ snin, taħt id-direzzjoni tas-Sur Alfred Caruana Ruġġier, Charles iffoka fuq is-suġġett tal-figura u l-wiċċ biex jużah tajjeb bħala t-tema prinċipali għal-proġett tad-diploma tiegħu.
Charles jispira ruħu mill-artisti Jacques-Louis David, Caravaggio u l-artist Malti Edward Caruana Dingli u dan jirrifletti fil-mod realistiku li bih ipitter is-suġġetti tiegħu.
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
____________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ppresentat taħdita minn
Anthony M Brincat Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ April 2018
It-taħdita minn Anthony M. Brincat dwar il-kappelli Maltin kienet waħda ferm informattiva. Kienet serata fejn dawk kollha li attendew kisbu tagħrif interessant kif dawn bdew u kif evolvew mas-snin.
Anthony M Brincat kellu karriera ta' Edukatur u rtira bħala Kap ta' Skola. Hu qed jagħmel ħafna riċerki dwar il-kappelli u knejjes żgħar fil-Gżejjer Maltin. Huwa kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda Ħbieb il-Kappelli Maltin li tagħha huwa President Onorarju.
Is-sur Brincat tkellem dwar Kappelli u Knejjes żgħar fil-Gżejjer Maltin. Spjega meta u għalfejn inbnew, l-istorja u l-arkitettura tagħhom, dedikazzjoni, tradizzjonijiet u leġġendi marbuta magħhom.
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
__________________________________________
Nhar it-Tllieta 24 ta' April 2018 sar it-Tberik tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, ġewwa r-Razzett tal-Markiż, mill-Wisq Rev. Arċipriet Dun Sebastian Caruana.
__________________________________
It-taħdita minn Kevin Casha kienet waħda interessanti ħafna u mimlija tagħrif dwar il-bidu tal-fotografija f'Malta sa mis-sena 1840. Din is-serata kieniet mtella' mill-Għaqda tal-Folklor ġewwa ir-Razzett tal-Markiż nhar il-Ġimgħa 4 ta' Mejju 2018.
Il-karriera fil-fotografija ta’ Kevin Casha issa qabzet 40 sena. Casha huwa il-President u fundatur tal-Istitut Malti tal-Fotografija (MIPP). Il-karriera tieghu turi lista twila ta’ unuri u premjijiet, mhux biss lokalment izda ukoll fil-qasam internazzjonali. Fosthom huwa rebbieh tal-Fotografu tas-sena ghall-erbgha darbiet.
Casha huwa wiehed mill-aktar ghalliema b’esperjenza fil-fotografija u kien instrumentali biex korsijiet akademici u strutturati tal-fotografija jigu introdotti ghall-ewwel darba gewwa pajjizna. Huwa ghallem regolarment gewwa l-MCAST u anki l-Universita ta’ Malta u ghandu wkoll numru sabih ta’ kotba fuq il fotografija u huwa ferm imfittex bhala kuratur u editor ta’ progetti artistici.
Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli
_______________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ppreżentat Wirja Artistika minn
Tony Bartolo
Bejn t-12 u t-27 ta’ Mejju 2018
Il-Wirja ġiet inawgurata nhar il-Ġimgħa 11 ta' Mejju 2018:
Uħud mix-xogħolijiet artistiċi ta' Tony Bartolo:
Tony Bartolo twieled l-Mġarr Malta u illum jgħodd 71 sena. Beda l-karriera ta’ artist mill- eta’ ta 13 il- sena, fejn kien attiv bħala membru tal-Azzjoni Kattolika tar-raħal ta’ l-Mgarr. Kien jghin fix-xenarju u l-preparattivi tal-palk ghall-Konkors Teatrali fl-Mgarr stess. Kien ispirat ħafna mill-artisti ta’ dak iż-żmien li kienu jiġu mal -kumpaniji teatrali rispettivi tagħhom, biex ipengu xenarji għas-serati li kienu jipproduċu.
Kellu karriera twila fil mużika li bdiet mill-eta’ ta’ 17 il sena fejn siefer f`hafna pajjiżi bħala batterista u kantant tal-grupp popolari The Malta Bums fejn kellhom suċċessi kbar bħal Viva Malta, u Ġej il-Milied. Fil preżent għadu attiv bħala kantant fil-lukandi ewlenin u bħala studio artist.
Għal żmien twil waqaf mill-pittura, biss reġa beda jpitter xi snin ilu. Hu attenda klassijiet tal-arti ma’ ghalliema diversi fejn studja u għadu jistudja mediums differenti. Il-ħabib tieghu Charles (city) Gatt minn dejjem kien ta’ ispirazzjoni għalih kemm mil-att ta’ mużika kif ukoll mill-att ta’ arti. Tony għadu jistudja, u jipprova jakkwista li jista’ minn dak li hu tagħlim.
And for you our English Speaking friends:
The Għaqda Filantropika Talent Mosti
With pleasure presents an artistic display
by
Tony Bartolo
Between the 12th and the 27th. May 2018
At the Razzett Tal- Markiz Mallia Tabone
Wied il-Ghasel Street Mosta
Tony Bartolo born in Mġarr Malta aged 71. Started his artistic career at the age of thirteen. He was as a member of the Catholic Action in the village of Mġarr.
He was inspired by visiting artists who came from various theatrical companies, to paint their back drops for the plays they used to produce.
He had a long career in music that started at the age of 17. He traveled abroad to various countries as a drummer and singer with the popular Maltese group The Malta Bums, which produced the popular Maltese songs: Viva Malta and Ġej Il-Milied.
At present, he is still working as a solo singer and recording artist at different venues, which include leading hotels.
After many years Tony has restarted painting, and attending art classes with various teachers working in different mediums.
His friend Charles (city) Gatt has always been an inspiration both in art and music. Tony is still pursuing his studies in art.
_________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti Tfakkar il-35 Anniversarju mill-fondazzjoni tagħha
1983-2018
Permezz ta’ Spring Concert Mis-Santa Maria Accordion Band
Taħt id-direzzjoni ta’ Marthese Busuttil Cassar L.B.C.A.
Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 2018
Is-serata kommemorattiva tal-35 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti kienet suċċess. Għaliha attendew numru mdaqqas ta' ħbieb u membri. Il-Presentatriċi kieniet Rachaela Bugeja filwaqt li l-qarrejja kienet Theresa Gauci.
Waqt is-serata tal-Ġimgħa 18 ta' Mejju 2018, ġie inawgurat Ktieb li jagħti ħarsa lejn il-ħidma tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti tul dawn l-aħħar ħames snin, Ħidma tal-Bord edetorjali: Louis Vassallo, Mario Bugeja, Rita Demicoli u Dr Mario Thomas Vassallo.
Waqt is-serata ngħatat donazzjoni ta' €375 lill-Malta Guide-dogs Foundation. Is-Santa Maria Accordion Band ippresentat donazzjoni ta' €200 oħra lill Malta Guide-dogs Foundation.
Malta Guide Dogs Foundation
Il- Malta Guide Dogs Foundation hi orgaiżżazjoni non-governattiva li ġiet imwaqqfa fl-1997 sabiex tgħin persuni neqsin mid-dawl. Din il-Fondazzjoni pprovdiet klieb gwida lil 13 il-persuna f’ Malta u Għawdex, kif ukoll tagħti taħriġ fuq orjentazzjoni u mobilta’ lil dawk li għandhom bżonn, liema taħriġ jidddependi fuq il-ġbir ta’ fondi. Il-voluntiera li jagħtu sehemhom lil din il-fondazzjoni, li wħud minnhom huma wkoll neqsin mid-dawl, huma mpenjati sabiex jiffacilitaw il-ħajja minkejja l-isfidi li jistgħu jiltaqgħu magħhom.
Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli
_________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ippresentat
Wirja Artistika minn Lorraine Paris
Il-Wirja ġiet inawgurata nhar is-Sibt 9 ta' Ġunju 2018
Il-Wirja tibqa' miftuħa sat-23 ta' Ġunju 2018
Lorraine Paris twieldet fis-16 ta’ Jannar 1962 ġewwa tas-Sliema u ħadet l-edukazzjoni tagħha fil-Kunvent tad-Dorothea, l-Imdina. Minkejja li s-suġġett tal-Arti kien mgħallem fl-iskola Primarja, Lorraine iddedikat aktar ħin għall-Arti wara li t-tfal tagħha kienu aktar independenti u għalhekk bdiet tieħu t-taħriħġ tagħha ma’ diversi għalliema. Maż-żmien ġabet l-eżami tal-Arti f’livell avvanzat. Fl-2012 bdiet tattendi l-Iskola tal-Arti l-Belt fejn studjat ukoll l-Istorja tal-Arti.
Lorraine tpitter suġġetti differenti li jvarjaw minn Portraits ta’ umani u tal- annimali għal Landscapes u Still Life. Riċentement bdiet tesperimenta bl-Arti Astratta li toffrilha ħafna liberta’ tal-espressjoni f’kull daqqa li tagħti fuq it-tila. Lorraine ħadet sehem f’numru sabiħ ta’ esebizzjonijiet kollettivi fi ħdan is-Soċjeta tal-Arti f’Malta, Art Club 2000 u l-Lukanda Cavalieri. Lorriane tellgħat wirja tal-Arti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħolijiet fi Frar 2017 bl-isem ta’ Through the Years’.
Din hija l-ewwel esebizzjoni tal-Arti li Lorraine Paris qed ittella’ weħidha.
And for you our English Speaking friends:
Lorraine Paris was born on the 16th January 1962 in Sliema and attended St. Dorothy’s Convent, Mdina. Although art lessons were taught in the Primary Years at school, it was only later on in life when her children grew independent that she dedicated more time to Art and started attending lessons with various art tutors. She obtained an Advanced Level in Art. In 2012 she started attending Malta School of Art where she also studied History of Art.
Lorraine paints different genres ranging from Human and Pet Portraits to Landscape and Still Life. Lately she also attempted Abstract Art which gives her the liberty of expressing herself with every brush stroke placed on canvas.
Lorraine has taken part in several collective exhibitions with the Malta Society of Art, Art Club 2000 and Cavalieri Art Hotel. She also displayed her artworks at the Ministry for Education and Employment during the month of February 2017 in an exhibition entitled Through the Years.
This is Lorraine’s first solo exhibition.
______________________________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti Flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin
bi pjaċir ippresentaw Serata Speċjali fejn kien mistieden il-poeta Malti Awstraljan
Frank Zammit, Il-Ġimgħa 22 ta' Ġunju 2018.
Frank Zammit, qasam magħna l-esperjenza tiegħu fil-Letteratura Maltija u l-kitba tiegħu fl-Awstralja. Omar Seguna mexxa din l-intervista.
F’din is-serata se jkun hemm qari ta' poeżiji għal min jixtieq jaqra kitbietu kif ukoll se jiġi mniedi il-ktieb il-ġdid ta' Jonathan Balzan 'Madwar Ħajti'.
______________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ppresentat
Wirja Artistika minn Fr. Gerald J. Micallef
Mis-Sibt 7 sas-Sibt 21 ta' Lulju 2018
Uħud mix-xogħolijiet artistiċi ta' Fr. Gerald J. Micallef:
Apocalyse:
Civilisation:
The Last Judgement:
Gerald-John Micallef twieled fit-3 ta' Mejju 1970. Huwa s-Saċerdot li juża’ l-pittura biex jesprimi l-ħsibijiet u l-esperjenzi personali tiegħu!
Sa minn ħafna żmien ilu l-bniedem dejjem ħass il-bżonn li jaqsam il-ħsibijiet profondi u l-esperjenzi partikolari tiegħu mad-dinja ta’ barra. Għal Fr. Gerald li ilu sa minn eta' żgħira jistudja l-arti u t-tpinġija, jħoss li l-pittura hija l-aħjar mod għalih biex jesprimi l-ħsibijiet u l-esperjenzi personali tiegħu. Filfatt xi whud mix-xogħlijiet artistiċi tiegħu jesprimu l-eku ta’ għajta ta’ esperjenzi partikolari waqt li hemm oħrajn li huma espressjoni reali ta’ esperjenzi sbieħ u anqas sbieħ li mhux ta’ minn jinsihom.
L-imħabba tiegħu lejn l-arti tmur lura diversi snin fejn kien beda l-istudji tiegħu fil-Kulleġġ Stella Maris u aktar tard kompla jitħarreg mill-artist Anton Calleja. Iħoss li l-aktar artist li nfluwenzah kien l-artist Raymond Pitré li hu ukoll ħabib tal-familja tiegħu. Dan minkejja li kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma' numru sostanzjali ta’ artisti li għenuh mhux biss biex jiżviluppa l-ideat tiegħu, iżda wkoll jesprimi l-ħsibijiet l-aktar profondi b’mod artistiku. Barra minn hekk jemmen li l-formazzjoni saċerdotali u l-istudju tal-Filosofija u t-Teoloġija u l-Mużika għandhom impatt qawwi wkoll fuq ix-xogħlijiet artistiċi tiegħu.
AND FOR YOU OUR ENGLISH SPEAKING FRIENDS....
Gerald-John Micllef
ARTIST’S PROFILE
From a very young age Gerald studied drawing and painting initially at Stella Maris College, and then under the supervision of Artist Anton Calleja. He is influenced by the leading portrait Artist Raymond Pitre’ who is also a family friend.
Between 1990 and 1997, he read philosophy, psychology and sociology at the Faculty of Arts and later on theology at the Faculty of Theology, University of Malta. These academic studies influenced his works to a great extent. Gerald has had the opportunity to meet various artists during his course of life who have helped him not only to develop his ideas further but also to express his thoughts in an artistically meaningful way. Worth mentioning are renowned Maltese artists Anton Calleja, Josef Calleja and Anton Agius.
Gerald’s work is an expression of all that goes on in his life. Some works evoke an amplified scream of a particular experience or encounter; others are the true expression of cherished moments, however painful, that help the artist to gain higher levels of maturity. The artist sees his work as a means of communication with the outside world. No inhibitions, no dramas, a simple exposition of an artistic soul in turmoil. Gerald’s talent extends also to music. He is a musician that finds a unique harmonious balance between audible art and visual art which help him understand profoundly all that there is.
___________________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tellghet serata oħra fis-sensiela Niltaqgħu mal-Awtur. Din id-darba ltqajna mal-Perit Lawrence Gatt Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju 2018.
Il-Perit Lawrence Gatt nieda l-ktieb Rabtiet, propju l-aħħar pubblikazjoni tiegħu.
________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ippresentat Wirja Artistika mill-Artist Sqalli
Corrado Iozia
Il-Wirja ġiet inawgurata mill-Eċċ. Tagħha l-President ta' Malta
Marie-Louise Coleiro Preca
nhar is-Sibt 15 ta' Settembru 2018:
Il-Wirja baqgħet miftuħa sad-29 ta’ Settembru 2018
Uħud mix-xogħolijiet artistiċi ta' Corrado Iozia:
Corrado Iozia twieled f’Borzonasca nhar il-21 ta’ Settembru 1943. Iozia huwa Pittur-skultur figurattiv ta’ fama li ħa sehem f’diversi wirjiet kemm fl-Italja, Sqallija kif ukoll f’Malta u f’Għawdex. Din hija is-seba’ wirja li Corrado Iozia qed itella’ fir-Razzett tal-Markiż tul dwan l-aħħar snin. L-opri artistiċi tiegħu dehru f’diversi pubblikazzjonijiet ta’ l-arti. Ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Corrado Iozia jagħmlu parti minn kollezzjonijiet kemm privati kif ukoll pubbliċi u f’mużewijiet magħrufa ta’ l-arti kontemporanja. Ħafna kritiċi tal-arti magħrufa kitbu dwar ix-xogħol artistiku ta’ Corrado Iozia fosthom M. Patane’, R. Scarpignato, L. Tallarico, P. Rossi, N. Pala, R. Rando, C. Capritti di Santa Luicia, G. Di Mauro, G. Barletta, M. Fiume.
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
_______________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ippresentat
Wirja Artistika mill- Pastel Society of Malta
Il-Wirja ġiet inawgurata nhar il-Ġimgħa 12 ta' Ottubru 2018
Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta:
Il-Wirja baqgħet miftuħa sas-27 ta’ Ottubru 2018
Din hija it-tnax il-Wirja li l-Pastel Society of Malta se tkun qed ittella’ fir-Razzett tal-Markiż. Sittax –il-artist ser ikunu qed jieħdu sehem fejn bejniethom ser jesebixxu 41 kwadru. Dawn huma Frank Ancilleri, Mary Clare Albanozzo, Cecilia Buhagiar, Grace Cassar, Anthony Lucian Cauchi, Erika Chircop, Elena Degenhardt, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Anthony T. Mamo, Pauleen Micallef, Frank Schembri, Mario Scicluna, Joe Spiteri Staines, Ramon Vella Bamber u Deborah Musu. Dawn il-bċejjeċ tal-arti jinkludu paesaġġi, xeni tal-baħar, ritratti u pittura astratta. L-iskop ewlieni tal-Pastel Society of Malta huwa li jħeġġu u jkabbru l-użu tas-soft pastel bħala medium għall-artisti u sabiex jikber l-għarfien u l-apprezzament minn naħa tal-pubbliku lejn dan l-istess medium.
The Pastel Society of Malta will be holding its 12th Annual Exhibition at Ir-Razzetttal-Markiż Mallia Tabone, Mosta. The Exhibition will be open from the 13th October to the 27th October 2018. Sixteen artists are participating in this year’s exhibition and 41 paintings will be on display. The artists are Frank Ancilleri, Mary Clare Albanozzo, Cecilia Buhagiar, Grace Cassar, Anthony Lucian Cauchi, Erika Chircop, Elena Degenhardt, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Anthony T. Mamo, Pauleen Micallef, Frank Schembri, Mario Scicluna, Ramon Vella Bamber, Joe Spiteri Staines and Deborah Musu. The paintings include portraits, seascapes, landscapes and abstract art. The Pastel Society of Malta’s aim is to promote the use of pastel and to enable the art loving public to appreciate the versatility and beauty of this medium. The opening hours of the exhibition are from 6 pm to 8 pm daily and Sundays from 10 am to Noon.
Muntaġġ: Rita Demicoli
_________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippresenta taħdita
mir-Restawratriċi Valentina Lupo dwar
il-Konservazzjoni u r-Restawr ta' Statwi
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’Novembru 2018 fis-7pm
Atelier del Restauro ltd hija kumpanija speċjalizzata fil-konservazzjoni u r-restawr professjonali ta’ opri ta' l-arti. Matul is-snin li għaddew il-kumpanija ġiet fdata numru ta’ proġetti ta' konservazzjoni ta' importanza Nazzjonali.
It-taħdita se tkun iffokata fuq il-konservazzjoni ta’ statwi tal-injam u karta pesta b'referenza speċjali għal eżempji minn proġetti ta' konservazzjoni tal-passat li l-kumpanija ħadmet fuqhom. Bħal l-istatwa titulari ta' Sant Elena f' Birkirkara, l-istatwa ta' San Pawl f' Hal-Safi, tlett statwi ta’ Maria Bambina mill-Knejjes Parrokkjali ta' l-Isla, Mellieħa u Xagħra f'Għawdex, l-istatwa ta’ San Ġiljan kif ukoll l-istatwa devota ta' Kristu ir-Redentur ta’ l-isla. Valentina Lupo se tagħti tagħrif dwar it-tekniki xjentifici użati biex jiġu analiżżati l-statwi qabel it-trattamenti, tipi ta' problemi ta' deterjorazzjoni li jinstabu fuq statwi processjonali inklużi t-trattamenti ta' konservazzjoni u restawr mwettqa’ u sfidi li jiffaċċja t-tim matul dawn il-proġetti.
Muntaġġ: Rita Demicoli
_____________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir ippresentat
Emotions
Wirja Artistika minn 11 il-Artista:
Fabiola Agius Anastasi, Joanne Azzopardi, Graziella Calleja, Marika Camilleri, Yvette Carabell, Maria Cauchi, Marita Fenech, Josephine Hili, Elena Toncheva Audrey Vella.
Din il-Wirja qed tittella’ bl-inizjattiva ta’ Grace Cassar.
Kull Artista se tkun qed tippresenta żewġ biċċiet tal-arti.
Il-Wirja ġiet inawgurata nhar is-Sibt 10 ta' Novembru 2018 mis-Sinjura Mariella Pisani Bencini u baqgħet miftuħa sal-24 ta' Novembru 2018:
-----
And for you, our English speaking friends:
Uħud mix-xogħolijiet artistiċi fil-Wirja:
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
___________________
L -GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI organiżżat Quddiesa Nhar il- Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2018 Fis-6.30pm Fil-Bażilika tal-Mosta Għall-ruħ il-membri u l-ħbieb li ħallew din il-ħajja.
_____________________________________________
L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI
bi pjaċir ippresentat
l-21 edizzjoni
tal-Wirja Tradizzjonali tal-Milied
Fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali
fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone
fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta
Il-Wirja tal-Milied ġewwa r-Razzett tal-Markiż ġiet inawgurata nhar
l-Erbgħa 12 ta' Diċembru 2018 u baqgħet miftuħa sal-Ħadd 6 ta' Jannar 2019:
Il-Mezzo Sprano Zgħażugha Raisa Micallef żewqet is-serata tal-Inawgurazzjoni tal-Wirja, b'kant tal-Milied. Il-Mistieden speċjali kien il-presentatur veteran Charles Coleiro. Qari dwar l-ewwel presepju ta' San Franġisk sar minn Theresa Gauci:
Din l-esebizzjoni wriet s-sbuħija u l-mottiv tal-presepju, kif
ukoll xogħolijiet ta’ Arti Natalizja.
Numru sabiħ minn dawn il-presepji esebiti ħadu sehem
fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.
Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli
________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat
Wirja Artistika minn
Fr. A. Sahaja Belix
Mit-13 sas-26 ta’ Jannar 2019
Il-Wirja ġiet inawgurata s-Sibt 12 ta' Jannar 2019 mis-Sinjura Sylvia Micallef, President Soċjeta' Filarmonika Nicolo' Isouard:
Is-Serata tal-ftuħ kellha interventi mużilkali minn Mużiċisti tal-Banda Nicolo' Isouard tal-Mosta:
l-Fondi kollha miġbura mill-Wirja ta' Fr Belix, qed imorru għall-Missjoni mmexxija minnu ġewwa Tamil Nadu, l-Indja għall-kura aktar speċjaliżżata lil pazjenti morda bil-kliewi. Is-Sur Joe Bartolo, President tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti ppresenta donazzjoni sabiħa ta' €737.70 lil Fr. Belix. Hawnhekk nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew u taw id-donazzjoni tagħhom.
Xi wħud mill-Kwadri fil-Wirja:
Fr. A. Sahaya Belix huwa Saċerdot Kattoliku mill-Indja. Tista’ tgħid li l-arti wieldet fih sa minn eta żgħira. Huwa studja l-Arti u rċieva d-Diploma fit-Terapija tal-Arti. Il-motto tiegħu hu “Qalbu tiddi f’qalbi”. L-arti u l-ispieritwalilta’ ffurmawh fis-saċerdozju tiegħu. Il-Missjoni ta’ Fr Belix hi li joħloq soċjeta’ sana permezz tal-arti.
About Fr.A.Sahaya Belix
Rev.Fr.A.Sahaya Belix is an Indian catholic priest and self taught artist. His priestly motto is “His heart to shine in my art.” He has done his diploma in expressive Art Therapy.
Fr.A.Sahaya Belix is doing art from his childhood onwards. The talents of art and spirituality were developed together in his priestly formation. The experience inspired him to formulate “Neuro aesthetic spirituality” combined with psychology, spirituality and art. This new method is an outcome of his personal experiment and experience. His vision is to create a healthy society through arts and crafts.
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
_____________________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat
Wirja Artistika minn
Charlie Frendo
Mit-3 sas-16 ta’ Frar 2019
Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta
Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn -Sibt: mis-6pm sat-8pm
Ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm
Il-Wirja ta' Charles Frendo ġiet inawgurata nhar is-Sibt 2 ta' Frar 2019, ġewwa r-Razzett tal-Markiż. Il-Mistiedna speċjali kienet is-Sinjura Mariella Pisani Bencini filwaqt li l-presentatriċi tas-Serata kienet Ms. Rita Demicoli.
Xogħlijiet artistiċi ta' Charles Frendo:
Charlie Frendo, twieled il-Belt Valletta fit-13 ta’ Frar 1957. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu ta’ l-arti fil-Politechnic fi żmien Harry Alden u Esprit Barthet u dejjem kien iħobb iżur il-Wirjiet ta’ l-Arti. Charlie jħobb isiefer u kull meta jkun barra, dejjem iżur xi mużewijiet. Dawn huma ta’ ispirazzjoni għalih biex ikompli fil- ħiliet tiegħu ta’ arti realista. Il-pitturi tiegħu jiżvolġu fi stil kontremporanju kif ukoll spontanju. Charlie jsib ħafna libertá u trankwillitá meta jaħdem bl-acrylic filwaqt li biż-żebgħa taż-żejt iħossu li jrid ikun aktar strett fid-disinn u l-użu tal-pinzell. Għalih l-arti hija parti mill-ħajja minkejja li kien hemm żmien li kien assenti minħabba iċ-ċirkostanzi tal-ħajja. Huwa jemmen li biex bniedem ikompli jesprimi ruħu bl-arti, huwa jrid iżomm il-prattika, speċjalment tad-disinn, li huwa element importanti ħafna fil-pittura.
And for you, our English speaking friends:
Muntaġġ: Rita Demicoli
Fotografija: Felix Demicoli
_____________________________________________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat Wirja Artistika minn
Pierre Muscat
Il-Wirja ġiet inawgurata s-Sibt 23 ta' Frar 2019
Il-Mistieden speċjali kien l-Arċipriet ta' Ħaż-Żebbug, Fr Daniel Cordina:
Il-Wirja baqgħet miftuħa sad-9 ta’ Marzu 2019
Pierre Muscat huwa artist ta' 44 sena minn Ħaż-Żebbug. Iħobb ipitter b'mezzi differenti bħal żejt, akriliki, faħam, pastels u jħobb ukoll jengrevja fuq il-granit. Xi drabi jieħu ritratti, il-parti l-kbira xeni tal-baħar u pajsaggi u wara jpittirhom fuq it-tila.
Pierre Muscat is a 44 year old artist from Ħaż-Żebbug, Malta He paints using various mediums such as oils, acrylics, charcoal, pastels and also engraves on granite. Sometimes he takes photographs, mainly seascapes and landscapes and then paints them on canvas.
Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli
_________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir tippresentat
Wirja Artistika minn
Joe Debono
Mis-17 sat-30 ta’ Marzu 2019
________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat
Serata oħra mis-sensiela
Niltaqgħu mal-Awtur
Din id-darba iltqajna ma’
Mariella Pisani Bencini
Is-serata kienet attivita' mill-isbaħ... L-awtriċi Mariella Pisani Bncini tkellmet fost oħrajn, dwar il-ktieb li ppubblikat dan l-aħħar, bl-isem ta' "We Belong". F'din l-attivita', li għaliha attendew għadd kbir ta' mistednin, inqraw siltiet minn dan il-ktieb u kien hemm waqtiet sbieħ mużikali.
"We Belong" huwa rakkont tal-passat u tal-present, ta’ artijiet imbiegħda minn xulxin, ta’ memorji li jieħdu l-ħajja, ta’ pitturi u ritratti, ta’ ħajjiet fi żminijiet differenti, ta’ paċi u gwerra... Mariella Pisani Bencini teħodna fuq vjaġġ fi żminijiet u postijiet fejn il-protagonisti jiġu flimkien permezz tal-imħabba...
"We Belong" is a tale of past and present, of lands far between, of memories that come back to life, of paintings and photos, of lives in different eras, of war and peace. Mariella Pisani Bencini takes us on a journey in times and places where her protagonists belong because of love.
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
_____________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat
l-20 edizzjoni tal-Akkademja Mużiko-Letterarja Sagra
ĠBARTNA FLIMKIEN MULEJ SABIEX NGĦANNULEK
Nhar is-Sibt 6 ta’ April 2019
Taħt il-Patroċinju tal-Perit Lawrence Gatt
Fit-teatru – Maria Reġina College – Mosta Secondary School
Maġenb ir-Razzett tal-Markiż
Bis-sehem ta’ qarrejja magħrufa:
waqt li t-talenti mużikali se jkunu f’idejn
KWINTA RAMM (Selezzjoni minn Tikka Banda)
Taħt id-direzzjoni ta’ Justin Formosa
Il-protagonisti tas-Serata:
Wara din l-attivita’, fir-Razzett tal-Markiż ġiet imedija uffiċjalment
Il-21 edizzjoni tal-Wirja tal-Passjoni bis-sehem ta’diversi artisti u kollezzjonisti.
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
____________________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat
Il-21 edizzjoni tal-WIRJA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA
Imqassma fuq tliet taqsimiet
Esebizzjoni kollettiva ta’ pittura u skultura flimkien ma’
Forom oħra ta’ arti u kollezzjonijiet ta’ opri sagri marbuta
Mar-Randan Imqaddes u l-Ġimgħa l-Kbira.
Wieħed seta' japprezza l-arti ppresentata,
fis-Sala Ewlenija, taħt it-Tinda u fil-kamra ta’ bejn iż-żewġ btieħi.
VO: 226Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż
Muntaġġ: Rita Demicoli
_____________________________
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019 kellna taħdita minn Simon Salafia fir-Razzett tal-Markiż.
Is-Sur Salafia tkellem dwar l-ismijiet tal-widien fl-inħawi tal-Mosta. Dan kollu huwa parti minn riċerka wiesa dwar l-ismijiet tal-widien fil-gżejjer Maltin fejn s’issa n-numru ta’ widien qed jersaq sew lejn l-elf isem.
F’din it-taħdita stajna naraw u niflu wieħed, wieħed madwar tletin isem ta’ widien li jinsabu qrib il-Mosta u t-tifsira ta’ kull isem. Rajna kif xi ismijiet għadhom jeżistu u xi ismijiet oħra għebu mill-memorja kollettiva tal-Maltin u tal-Mostin…
Għal din l-attivita' kellna attendenza sabiħa ħafna. Grazzi lill-Għaqda tal-Folklor, Grazzi lis-sur Simon Salafia u lil dawk kollha li għoġobhom jingħaqdu magħna fir-Razzett tal-Markiż.
MUNTAĠĠ: RITA DEMICOLI
______________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
ippresentat Wirja Artistika minn
John Vic Borg
Il-Wirja ġiet inawgurata s-Sibt 4 ta' Mejju 2019.
Il-Mistieden Speċjali kien l-Onorevoli Ministru Dr. Miahael Farrugia. Il-Kuratur tal-Wirja kien is-Sur EV Borg. Il-Wirja ġiet inawgurata uffiċċjalment mis-sur Joe Bartolo, filwaqt li l-presentazzjoni kienet f'idejn Rita Demicoli.
Il-Wirja baqgħet miftuħa sat-18 ta’ Mejju 2019
John Vic Borg ilu juża ż-żejt fuq it-tila minn mindu kellu għaxar snin. Wara dawn is-snin kollha juża ż-żejt nistgħu ngħidu li John Vic għandu esperjenza vasta ta’ kif iħallat il-kuluri speċjalment meta tara s-suggetti tant rejalistiċi fil-pitturi tiegħu. Dan jagħmlu bil-kuntrast li kapaċi joħloq bid-dawl u d-dellijiet fit-teknika tal-chiaro-scuro fejn wieħed kważi kważi jistħajjel li jista’ jaqbad l-oġġetti fil-pittura b’idejh. John Vic l-hena tiegħu ipinġi veduti, baħar u uċuh speċjalment f’xi ġurnata xemxija fil-kampanja. John Vic prattikament tgħallem waħdu bi ftit gwida minn xi artisti kemm f’Malta kif ukoll ġewwa l-Awstralja, fejn għex iż-żoghzija tiegħu. Ġie lura Malta meta kellu tmintax-il sena u ħa sehem f’diversi esibizzjonijiet kemm kollettivi u kemm personali. Għandu xoghol esibit madwar id-dinja fosthom fl-Awstralja, l-Ingilterra, il-Germanja, il-Kanada, l-Amerka, ic-Cina, il-Marokk, Dubai, l-Irlanda, il-Vatikan, l-Italja u Malta. Wiehed jista' jara l-pitturi tiegħu fuq il-paġna ta’ facebook; Paintings by John Vic Borg jew fuq is-sit elettroniku www.jvborg.com
John Vic Borg has been using oil on canvas since the tender age of 10. After all these years using this medium, John Vic has mastered it very well, as one can see through his surreal paintings, where he captures the light and shadows with his chiaro-scuro technique gives the viewer the sense that he can grab hold of the object in the painting.
John Vic has always enjoyed painting landscapes, seascapes and also portraits. He enjoys days out in the countryside painting in open-air. John Vic is more of a self-taught artist who only had limited help from various artists both in Malta and Australia, where he lived for the most part of his teenage life. He returned to live in Malta when he was 18 years old and has since taken part in numerous collective and solo exhibitions and now has his works of art displayed in numerous private collections around the globe which include Australia, England, Germany, Canada, America, China, Romania, Cyprus, Morocco, Dubai, Ireland, the Vatican, Italy and Malta.His paintings can be viewed from his web page www.jvborg.com or FB page Paintings by John Vic Borg.
Fotografija: F. Demiccoli
Muntaġġ: Rita Demicoli
__________________________________________________________
_____________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti ppresentat
“OF LAND AND SEA”
Esebizzjoni tal-Mużajk
minn
Raymond Aquilina u Flavia Marmarà
Il-Wirja ġiet inawgurata nhar il-Ħamis 6 ta' Ġunju 2019
Il-Mistiedna speċjali kienet is-Sinjura Mariella Pisani Bencini
Il-Wirja baqgħet miftuħa sat 23 ta’ Ġunju 2019
Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk.
Raymond li huwa mwieled u trabba fil-qalba tar-Rabat, minn dejjem kien jaffaxina ruħhu mix-xogħol tal-mużajk li hemm ġewwa il-Villa Rumana. Waqt iż-zjarat frekwenti tiegħu kien jammira il-preċizjoni tas-sengħa u paċenzja kbira li jirrekjedi ix-xogħol tal-mużajk.
Flavia minn naħa tagħha bħala tifla kienet ta’ spiss tesperjenza il-proċess tal-arti mill-qrib, permezz ta’ ommha li kienet tkun frekwentament tiprattika l-arti tal-pittura id-dar. Din l-esperjenza ħajritha biex minn eta żgħira tibda tattendi klassijiet tal-arti li nisġu ġewwa fiha l-ispirtu artistiku u immaġinattiv.
Flavia u Raymond ilhom jipprattikaw l-arti tal-mużajk għal dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena wara li kienu attendew għall-kors tal-mużajk immexxi mill-Artist Alfred Briffa. L-artisti jużaw diversi materjali biex joħolqu disinji u xogħlijiet oriġinali li joffru esperjenza rikka b’ diversi tekniki. Ix-xogħlijiet tagħhom huma ispirati primarjament minn natura u l-wirt kulturali ta’ diversi pajjiżi li jżuru. Barra minnhekk, din l-esebizzjoni ma segħtatx tkun kompluta mingħajr l-esperjenza li kisbu ġewwa Ravenna l-Italja fejn attendew għall-kors tal-mużajk immexxi minn Luciana Notturni.
It-titlu ta’ din l-esebizzjoni huwa “OF LAND AND SEA”. Dan għaliex dawn iż-żewġ artisti iffukaw il-ħiliet taghhom biex ħolqu armonija bejn biċċiet diversi u kultant kuntrastanti mqgħeda ħdejn xulxin b’sengħa u paċenzja kbira biex iwasslu interpretazzjonijiet mill-isbaħ ta’ xeni prominenti li naraw fil-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ din l-esebizzjoni, l-artisti jistiednu lil visitaturi biex mhux biss jesperjenzaw is-sbuħija tax-xogħol tagħhom, imma wkoll japprezzaw l-impenn qawwi ta’ siegħat twal ta’ xogħol li l-mużajk jirrekjedi.
_____________________________________L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat
Niltaqgħu ma' Margaret Agius
Attriċi u Awtriċi
Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2019
Is-Serata tal-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019, niltaqgħu ma' Margaret Agius kienet mimlija emozzjonijiet flimkien ma' reċtar mill-aqwa. Is-serata kellha presentazjoni ta' Joe Gabriel Vella. Flimkien ma' Margaret Agius, ħadu sehem l-Atturi Alfred Mallia u Manuel Cauchi.
Profs. Vicky Ann Cremona tkellmet dwar il-Ktieb "Il-Mitħna f'tarf it-Tirq", ġabra ta' poeżiji ta' Margaret Agius, Charles Peter Grech u Frank Grech. Il-ktieb ġie inawgurat propju waqt is-Serata tal-Ħadd, 23 ta' Ġunju 2019. Il-Profs. Saviour Catania tkellem dwar l-esperjenzi tiegħu ma' Charles Peter Grech u Frank Grech, żewġ poeti ħut Margaret Agius. Il-grafika hija ta’ oħt Margaret, Janet Grech. Margaret Agius ġiet intervistata mis-Sur Sergio Grech...
Il-Protagonisti tas-Serata:
Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż
Fotografija u Muntaġġ: Rita Demicoli
_____________________________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti attendiet il-Quddiesa li fiha ħadu sehem il-membri tal-Kunsill Lokali, l-membri tal-għaqdiet soċjali u ċiviċi tal-Mosta. Din il-Quddiesa ġie iċċelebrata Nhar il-Ħadd 4 ta' Awissu, fil-Bażilika Rotunda Santa Marija tal-Mosta.__________________________________________________________________
Il-kumitat tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti joffri l-kondoljanzi lill-President tal-Għaqda, is-sur Joe Bartolo, għat-telfa tal-għażiża martu Tessie. Is-Sinjura Tessie Bartolo kienet benefattriċi kbira tal-Għaqda għas-sagrifiċċji li għamlet tul- snin twal, meta tat lill-żewġha Joe il-possibilita' li jaħdem qatigħ għall-ġid tal-Proxxmu. Grazzi Tessie, strieħ fis-sliem...
L-aħħar tislima lil Tessie Bartolo ingħatat nhar it-Tnejn 5 ta' Awissu 2019 fil-Bażilika Rotunda tal-Mosta. Kondoljanzi lill-familja Bartolo kollha.
Il-President tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, is-sur Joe Bartolo flimkien mal-familja Bartolo, jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew sogħba u attendew l-funeral tal-għażiża tagħhom Tessie... Grazzi lil kulħadd.
________________________________________________________
Għalkemm l-attivitajiet Soċjali waqfu matul is-sajf, ix-xogħol ta' manutenzjoni baqa' għaddej fir-Razzett tal-Markiz, il-Mosta.
Fost xogħlijiet oħra, sar xogħol fuq it-tenda fil-Ġnejna Anton Agius. Il-purtieri tal-palastic tal-ġnub inbiddlu biex hekk taw dehra aktar ta' wisa' u fl-istess ħin jitgawda aħjar il-ġnien ta' madwar it-tinda.
Issa kollox lest għal staġun ieħor ta' ħidma fir-Razzett tal-Markiż, mit-18 ta' Settembru 2019.
Nistednukom taslu wasla sar-Razzett u tammiraw ix-xogħol fejjiedi li sar mill-membri u l-ħbieb tar-Razzett, taħt it-tmexxija ta' Joe Bartolo, il-President tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, li minkejja iċ-ċirkustanzi personali tiegħu, baqa' għaddej bid-dedikazzjoni tiegħu.
Muntaġġ: Rita Demicoli
Ritratti: Joe Bartolo
_________________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir ippresentat
“Singularity”
Esebizzjoni ta’ Ċeramika
minn
Nadya Anne Mangion
Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone
fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta
IL-Wirja ġiet inawgurata nhar
l-Erbgħa 18 ta' Settembru 2019:
Il-Wirja baqgħet miftuħa sal-4 ta’ Ottubru 2019
Nadya bdiet tpinġi minn eta’ zgħira u studjat il-pittura u d-disin l-Iskola ta’ l-Arti l-Belt Valletta ma’ Joseph Casha għal numru ta’ snin. Fl-2005 bdiet titħarreġ fiċ-ċeramika l-Istitutt ta’ l-Arti Kreativa MCAST Mosta ma’ George Muscat. Muscat kien li ntroduċiha għat-tip ta’ ċeramika Raku. Ir-Raku huwa tip ta’ ċeramika dekorattiva li tinħaraq f’forn tal-gass u tiġi ttrattata għal varjazjoni fl-ammont ta’ ossiġenu fl-arja biex joħorġu l-kuluri li wieħed inkun jixtieq. Il-baħar u l-ambjent kollhu tiegħu huma dawk li jispiraw lil Mangion. Il-kuluri ewlenien jipredominaw fix-xogħlijiet li jistaw ikunu figurattivi kif ukoll astratti.
Din hija l-ewwel wirja ta’ Mangion weħidha, wara snin ta’ parteċipazzjoni f’wirjiet kollettivi f’Malta kif ukoll barra.
It-titlu ta’ din il-wirja huwa “SINGULARITY”. Dan għaliex huwa minn hawn fejn jibda kollox għaliha, u fejn gie miġbur dak kollhu li għaliha jfisser kollox fil-ħajja artistka tagħha.
Born in Malta where she lives and works. She has been practicing ceramics for fourteen years after thirty years of drawing and painting. The raku technique is the key to her creativity; transforming clay into artefacts that can be quite organic in form. Raku is the perfect combination of the four elements earth, fire, air and water; bringing together her scientific background and artistic instinct. Observation together with memory and imagination fuse to explore her artistic creativity.
She has exhibited locally as well as abroad since 2011. In July 2019 one of her works has been placed on permanent display at the Ceramics Museum in Santo Stefano di Camastra, Italy.
Singularity is her first solo exhibition, which she defines as a beginning and a concentration of all her artistic and creative energy.
_____________________________________________Serata ta' tifkira lil Tessie Bartlo,
Befattriċi tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti
nhar il-Ġimgħa 18 ta' Ottubru 2019.
Waqt is-Serata f'ġieħ Tessie Bartolo, binha l-Onor. Ivan Bartolo, ippresenta cheque lil Malta Hospice Movement ta' €6,000.
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir tippresenta
“Xbihat fil-ġebla”
Esebizzjoni ta’ Arti Ikonografika
minn
Vincent Mangani
Il-Wirja ġiet inawgurata nhar is-Sibt 19 ta' Ottubru 2019
u tibqa' miftuħa sat-3 ta’ Novembru 2019
Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone
fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta
Tajjeb ngħidu li 25% tal-bejgħ kollu li jsir, ser imur
għall-ACN – Aid to the Church in Need
li taħdem mal-Insara ppersegwitati f’diversi naħat tad-dinja.
Kull donazzjoni tmur għal dan il-għan.
Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn - Ġimgħa: mill-5.30pm sat-8pm
Is-Sibt u l-Ħadd: mid-9.30am sal-11.45am u mill-4pm sat-8pm
Il-Ġimgħa, 25 t’Ottubru fl-istess post, ser issir preżentazzjoni dwar
l-Ikonografija minn Vincent Mangani stess fis-7.00 pm
Kulħadd Mistieden.
Vincent twieled ir-Rabat, Malta, fl-1957. Studja taħt diversi artisti. Minn dejjem kien affaxxinat bl-ikoni, iżda din l-imħabba fih kibret minħabba li għal ħames snin għex u ħadem fl-Albanija bħala missjunarju mibgħut mis-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M.
Fl-2009 għamel kors qasir fl-ikonografija ma’ Nathaniel Theuma f’Conflenti, l-Kalabrija, l-Italja. Iggradwat bħala għalliem tal-Arti u l-Krafts, hu ggradwat ukoll fit-Teoloġija. Ħa sehem f’diversi wirjiet, kemm kollettivi, kif ukoll personali. L-ewwel Esebizzjoni Personali saret fl-2005 fil-Mużew Wignacourt, ir-Rabat, Malta. Wara saru żewġ esebizzjoni Personali fis-sede tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Mosta: fl-2008 u fl-2014.
Wirjiet oħra kienu dawn:
- Fl-2015 saret waħda fid-Dar ta’ Karmni Grima, l-Għarb, Għawdex.
- Fl-2016 sehem f’wirja kollettiva fil-Ġimgħa Mqaddsa fil-kantina tal-Kunvent tal-Agostinjani, fir-Rabat, Malta.
- Fl-2017 wirja fil-każin La Vittoria, il-Mellieħa
- Fl-2018 wirja fil-Kjostru tal-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina.
- Fil-bidu ta’ din is-sena Vince Mangani tella’ wirja b’tema dwar San Pawl bħala parti mill-festival Agape ġewwa l-Mużew Wignacourt ir-Rabat, Malta.
Ix-xogħolijiet tiegħu jinsabu f’diversi kollezzjinijiet privati, f’Malta u barra minn Malta. Mangani huwa rtirat wara karriera fl-Edukazzjoni. Huwa wkoll membru tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.
_____
VO: 226
Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż
Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli
Nhar il-Ħadd 10 ta' Novembru 2019, L-Għaqda Filantropika Talent Mosti pparteċipat fl-Attivita' organiżżata mill-Kunsill Lokali Mosta, fejn ingħata ġieħ lill-Qalbiena Mostin...
_______________________________________
L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI
bil-parteċipazzjoni tas-
SOĊJETÀ FILARMONIKA NICOLÒ ISOUARD
tellgħu
IL-KUNĊERT TAL-ĦARIFA
f’ġieħ il-memorja għażiża ta’
Tessie BARTOLO (1948-2019)
ħadet sehem l-
ISOUARD BRASS ENSEMBLE
taħt id-direzzjoni ta’ Mro Renè BARBARA
NHAR IL-ĠIMGĦA, 8 TA’ NOVEMBRU, 2019
taħt it-tinda fi Ġnejna Anton Agius,
RAZZETT TAL-MARKIŻ,
Triq Wied il-Għasel, il-Mosta
Dan il-Kunċert kellu l-għan li jgħin il-Fondazzjoni PUTTINU CARES.
F'din l-attivita' inġabret is-Somma ta' €500 li ġiet ippresentata lill- Ms. Martina Fenech miill-Puttinu Cares.
VO: 226
____________________
Nhar is-Sibt 23 ta' Novembru 2019 fis-6.30pm
saret Quddiesa għal ruħ il-Benefatturi mejtin
tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti
fil-Bażilika Rotunda M. Assunta Mosta
Hu xieraq li f’dan ix-xahar partikulari niftakru
f’dawk il-persuni li taw il-kontribut tagħhom
b’xi mod jew ieħor lill-Għaqda u b’hekk
issoktat miexja 'l quddiem fil-qasam
tal-kultura u filantropija.
Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...
_________________________
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir tippresentat
Esebizzjoni ta’ Arti
minn
JOSETTE CASHA
Il-Wirja ġiet inawgurata s-Sibt 16 ta' Nov... Il-Kuratur tal-Wirja kien is-sur Francois Zammit:
Il-Wirja tibqa' miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2019
Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone
fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

Josette Casha (1964)
Artista, li sa miċ-ċokon tagħha wriet interess lejn l-arti. Bdiet l-istudji tagħha fl-2009 fl-iskola tal-arti ġewwa l-belt fejn hemm tgħallmet l-istorja tal arti, studju akkademiku u teknika fil-pittura sakemm kisbet kwalifiki mehtieġa. Il-professjoni taghha fid disinn tal hwejjeġ resquha iktar lejn id-dinja tal-arti biex tkompli tesperimenta u toħloq interpretazzjonijiet personali. Il-viżjoni artistika tagħha teħodha lejn temi u suġġetti differenti bħal disinn arkittetoriku u skulturali, kif ukoll figurattiv.
Casha ħadet sehem f’diversi wirjiet kollettivi kemm lokali u oħrajn internazzjonali bħal Italja, Awstrija u Ġappun. Il-wirja artistika tagħha, taqa’ taħt it-tema PARTI MINNI fejn Casha twassal il-viżjoni tagħha fuq episodji fil-ħajja tal-mara, f-ċirkustanzi differenti. Hija ħolqot personaġġi femminili skond l-interpretazzjoni tagħha. F’din il wirja nsibu teknika diversa, iżda bi stil li jimmarka lill-artista.
Fix-xogħol tagħha nsibu rabta qawwija bejn id drapp u l-figura femminili. Skond l-artista, dan kien meħtieġ biex twassal il -messaġġ u tiddeskrivi aħjar il kompożizzjoni.
And for our English Speaking friends:
Casha’s solo exhibition is an exploration of the feminine in its diverse facets. She attempts to explore the role of women in society. Although her work offers classical subjects, the focus is not their religious significance but their strength as purveyors of female values showing powerful images of strength. In her paintings, femininity is never equated to weakness and fragility but to an inner strength that defies traditional stereotypes.
The corpus of works offers a variety of style and technique that are used to depict the heterogenous expression of the feminine. Through her interpretation, Casha creates a study of female archetypes that defy the categorization of women. She offers an iconography of feminine qualities and her figurative paintings offer the viewer conceptualizing virtues based on empathy, care and introspection. Her figures display a beauty that is not relegated to the sacred but is steeped in the mundane. Her subjects are real women who display beauty that originates from strength and not from external judgments.
The viewer will move through this exhibition exploring humanity and following a threat that is depicted through the prevalent use of drapery; an image that connects the desperate subjects of these works.
VO: 226
Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż
_______________________________