Aħbarijiet

 

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tingħaqad mal-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda Poeti Maltin, biex turi sogħba għat-telfa tas-Sur Charles Magro 1943-2016, President tal-Għaqda Poeti Maltin. Is-sur Magro kien ħabib ta' Talent Mosti u flimkien tellgħajna diversi attivitajiet.
Kondoljanzi lill-għeżież tiegħu.

Poeti - Charles Magro

______________________________________________________________________________

 

Iż-Żjara tal-Eċċ. Tiegħu Dr George Abela, fir-Razzett tal-Markiż

nhar il-Ġimgħa 13 ta' Mejju 2016:

Presid02

Presid01

Presid03

Presid05

Presid04

Fotgrafija: Rita Demicoli

-----

L-Eċċ. Tiegħu Dr George Abela

flimkien mal-Kumitat tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti:

KumitatGAbela

Fotografija: Raymond Vella

Muntaġġ: Rita Demicoli

__________________________________________________

 

ĦOLMA OĦRA ISSIR REALTA'

 

FIR-RAZZETT TAL-MARKIŻ MALLIA TABONE

 

IL-MOSTA...

 

NHAR IS-SIBT 24 TA' OTTUBRU 2015

 

WASLET IT-TINDA...

 

PROPJU TLETT SNIN WARA L-INAWGURAZZJONI TAL-ĠNEJNA ANTON AGIUS, NHAR IL-5 TA' OTTUBRU 2012...

 

Tinda1

 

 JIBDA T-TAĦBIL-IL-MOĦĦ...

 

Tinda2

 

Tinda3

 

Tinda4

 

ISIRU DISKUSSJONIJIET...

 

Tinda5

 

IT-TINDA TIBDA TINGĦAQAD....

 

Tinda6

 

Tinda7

 

GRAZZI LIL PATRICK MUSCAT, NATANIEL ZAMMIT U LIL ĦAFNA OĦRA LI ĦADMU SFIQ ...

 

FINALMENT IT-TINDA TINGĦAQAD U TINGĦATA DEHRA ĠDIDA LILL-ĠNEJNA ANTON AGIUS...

 

Tinda8

 

Tinda9

 

Tinda10

 

Tinda11

 

Dehra tat-tinda lesta għal-attivita' bil-qiegħda:

 

Tent1

 

Tent2

 

NAPPELLAW GĦAL AKTER DONAZZJONIJIET BIEX INKUNU NISTGĦU NĦALLSU L-ISPEJJEŻ.

 

GRAZZI BIL-QUDDIEM.

 

IL-PRESISENT U L-KUMITAT

 

GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI.

 

Fografija u Muntaġġ: Rita Demicoli

________________________________________________________________________________________

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti ssellem lill-Josephine Galea, li mietet il-lejl li għadda f'inċident traġiku tat-traffiku nhar is-Sibt 21 ta' Novembru 2015.

JosephineGalea1copy

Josephine Galea kienet membru attiv tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti. Hija kienet tellgħet wirja artistika fir-Razzett tal-Markiż f'Ġunju 2013. flimkien ma' Fr Gerlad Micallef.

JosephineGalea2 - Copy

JosephineGalea3 - Copy

JosephineGalea4 - Copy

JosephineGalea5 - Copy

Josephine Galea twieldet fl-1938. Hija rċeviet l-edukazzjoni artistika tagħha fis-Soċjeta' Maltija għall-Arti u l-Kummerċ ta' l-liema soċjeta' huja wkoll membru. Attendiet għall-lezzjonijiet tal-pittura u l-iskultura u ħadet diploma fl-arti. Hija influwenzata ħafna mill-artisti impressjonisti pero' dejjem tagħmel ħilitha biex tkun kreattiva u oriġinali. Josephine tħobb taħdem ħafna bil-water-colour, acrylic, u biċ-ċeramika.

Josephine attendiet ukoll l-Iskola ta' Arti u d-Disinn fejn speċjalizzat fl-arti grafika, fid-disinn u fiċ-ċeramika. Ipparteċipat fdiversi wirjiet kollettivi kemm hawn Malta kif ukoll barra minn Malta, fost l-oħrajn fir-Renju Unit u fil-Ġermanja. Josephine tattribwixxi il-passjoni artistika tagħha lill-ġenituri tagħha. Il-mibki missierha kien ukoll artist.

Agħtiha O Mulej l-mistrieħ ta' dejjem.

_____________________________________________________________________

Nhar il-Ħadd 1 ta' Novembru 2015
Tħabbrret il-Mewt tax-xandar
Charles Abela Mizzi
fl-eta' ta' 81 sena (1934-2015)
___

Charles Abela Mizzi kien President Onorarju tal- Għaqda Filantropika Talent Mosti.  Ta' kull sena huwa kien jipparteċipa fis-serata mużiko-letterarja mtella' minn Talent Mosti kif ukoll f'diversi attivitajiet fir-Razzett tal-Markiż.

Hawn jidher Charles Abela Mizzi fir-Razzett tal-Markiż nhar l-4 ta' Frar 2012:

CharlesAM4.2.12

Hawn jidher Charles Abela Mizzi waqt is-Serata Mużiko-Letterarja nhar il-25 ta' Marzu 2012:

CharlesAM25.3.12

CharlesAM25.03.12

Hawn jidher Charles Abela Mizzi fir-Razzett tal-Markiż, nhar is-17 ta' Marzu 2013:

CharlesAM17.3.13

Hawn jidher Charles Abela Miżżi waqt is-Serata Mużiko-Letterarja nhar il-5 ta' April 2014:

CharlesAM5.4.14

Insellmulek Charles u nirringrazzjawk tal-appoġġ li dejjem tajt lill-Għaqda Filantropika Talent Mosti

_______________________________________________

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru l-Għaqda Filantropika Talent Mosti ppreparat serata tal-Milied fir-Razzett tal-Markiż. Ippresentajna programm varjat li ma ħax fit-tul, imma li ntlaqa’ tajjeb minn dawk kollha presenti.

Il-Mistiedna speċjali tas-serata kienet l-Eċċellenza tagħha l-President ta' Malta.  Hawn tidher qed tiffirma l-ktieb tal-viżitaturi fir-Razzett:

Milied1401

Hawn tidher qiegħda ddur il-Wirja tal-Milied fir-Razzett:

Milied1402

Hawn tidher l-Eċċ. Tagħha l-President ta' Malta flimkien mal-Kumitat ta' Talent Mosti:

005 - Copy

____________________________________________________________


Nhar il-Ġimgħa 14 ta' Novembru 2014, żar ir-Razzett tal-Markiż, l-Onorevoli Dr Stefan Buontempo:
Buontempo2
Hawn jidher Dr Stefan Buontempo flimkien mal-Kumitat tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti:
Buontempo1



Nhar l-Erbgħa 3 ta' April 2014, żar ir-Razzett tal-Markiż, il-Kap ta' l-Opposizzjoni, Dr Simon Busuttil.

Huwa ltaqa' mal-membri tal-Kumitat tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti u xi ħbieb tal-Għaqda:

SB1


SB2

Dr Busuttil ġie mdawwar mar-Razzett u hawn fuq jidher qed jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.


 

 
Nhar it-Tlieta 11 ta' Marzu ġew iżuru r-Razzett tal-Markiż grupp ta' Studenti
mill-Assoċjazzjoni tal-Membri tal-U3E:

Terzaeta01

Huma ppresentaw donazzjoni lill-President tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti:

Terzaeta02

 Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli


 

Ċeremonja tal-Għoti 
Tal-Premju Nazzjonali
Vonuntier tas-Sena 2013

Iċ-Ċeremonja tal-Għoti Tal-Premju Nazzjonali "Vonuntier tas-Sena 2013" ttellgħet nhar l-Erbgħa 29 ta' Jannar f'Dar L-Ewropa - l-Belt Valletta.

Volunteer1

Huwa pjaċir tagħna li nħabbru li l-President ta' l-Għaqda Filantropika Talent Mosti, is-sur Joe Bartolo, għal darb'oħra ġie nominat għal Premju Voluntier tas-sena:
Volunteer2

Huwa ġie ppresentat Ċertifikat mis-Segretarju Permanenti

fil-Ministeru tad-Djalogu, Affarijiet tal-Konsumatur u
Libertajiet Ċiviali, is-sur Joseph Camilleri:

Volunteer3

Hawn jidher Joe Bartolo waqt li ġie msejjaħ u nqara profil dwar il-ħidma sfiqa tiegħu:

Volunteer4

Volunteer5

Hawn jidher Joe Bartolo wara li ġie ppresentat b'ċertifikat:

Volunteer6

Hawn jidher Joe Bartolo flimkien ma uħud mill-voluntiera nominati:

Volunteer7

Awguri Joe Bartolo u nawgurawlek snin twal ta'ħidma fi ħdan
l-Għaqda Filantropika Talent Mosti
 
Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli

 
Nixtiequ ninfurmawkom li n-numru rebbieħ tal-lotterija tal-Milied huwa 138 Blu  Skur. Hawnhekk nirringrazzjaw lil dawk kollha li żaru l-Wirja tal-Milied u ttantaw xortihom fil-lotterija tal-Milied.

Huwa pjaċir tagħna li nħabbru li matul is-sena 2013 tajna dawn id-donazzjonijiet:
 
€  330 lil Puttinu Cares b'ko-ordinazzjoni ma' l-Artist Mario Borg
€  300 lil Hospice Movement
€  615 lil Puttinu Cares b'ko-ordinazzjoni ma' l-Artist Martin Gatt
€  145 lil Puttinu Cares b'ko-ordinanzzjoni ma' l-Artista Vania Gosche
€1400 lil Puttinu Cares b'ko-ordinazzjoni ma' Patrick Muscat f'isem l-artisti li pparteċipaw fil-FestArti.
 
€2,790 Total
 
Nirringrazzjaw lill-Artisti u lilkom li kontu strumentali biex stajna nqassmu dawn id-donazzjonijiet.

Infakkrukom biex jekk għadkom ma ġeddejtux l-membership tagħkom għas-sena 2014, tagħmlu dan mill-iktar fis.
 
Issa bdiet is-sena 2014 u flimkien nħarsu 'l quddiem lejn aktar ħidma fejjieda b'risq il-proxxmu permezz tal-kultura.
 
Grazzi u Tislijiet
Rita Demicoli
PRO - Għaqda Filantropika Talent Mosti

Huwa pjaċir tagħna li nħabbru li żewġ prespji esebiti fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone ħadu l-ewwel u t-tieni post rispettivament fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor. Il-Presepju mekkaniżżat ta' Giovann Muscat ħa l-ewwel post filwaqt li l-prespju statiku ta' Marco Spiteri ħa t-tieni post. Prosit immens lil dawn iż-żewġ Presepisti. Għandkom ċans sal-lejla llum l-ewwel tas-sena 2014, biex tiġu sar-Razzett tal-Makiż u tapprezzaw arti natalizja mill-isbaħ. Huwa l-pjaċir tagħna li niltaqgħu magħkom f'dan iż-żmien ferm sabiħ...



 DSCF7509

Fi żmien il-Milied l-Iskultur Alfred Camilleri Cauchi ukoll żar ir-Razzett tal-Markiż.  Fis-sottofond jidher il-bust ta' Missier Alfred, propju l-Iskultur Wistin Camilleri.


Fi żmien il-Milied, il-Kittieb Trevor Zahra għamel żjara lir-Razzett tal-Markiż:

DSCF7502


 

Nhar is-Sibt 30 ta' Novembru, il-PRO tal-Għaqda Rita Demicoli u t-Teżorier Felix Demicoli ħadu sehem f'seminar ta' ġurnata organiżżat mill-Kunsill Malti għall-Volontarjat, f'Lukanda ewlenija ġo Buġibba, bit-tema

"Making the Next Step":

IMG 7209

Għal dan is-seminar attendew numru ġmielu ta' NGOs minn Malta kollha:IMG 7211

Minbarra sessjonijiet ta' taħriġ siewi, il-parteċipanti kellhom iċ-ċans li jiddiskutu flimkien dwar ix-xogħol fil-Volontarjat:

IMG 7207

Is-Seminar ġie konkluż mill-Onorevoli Ministru Helena Dalli.


 

Nhar il-Ġimgħa 29 ta' Novembru, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti ġiet ippresentata bi plakka kommemorattiva fl-okkażjoni tat-tletin sena anniversarju mit-twaqqif tagħha.  Din il-plakka ġiet ippresentata lill-Viċi President Louis Vassallo, mill-President tal-Għaqda Piroteknika 15 ta' Awissu, waqt lejla Mużiko-Letterarja fl-istess każin:

IMG 7200


We regret to announce the passing away of

 

Ute Ruptrecht-Hung

 uteruprechthung

 She held an art exhibition in May 2012 at ir-Razzett.

 IMG 5869

 

The Committee and friends of ir-Razzett, send their deepest sympathy to her dear husband Chauchun Hung


 NIPPREŻENTAW IL-LOGO GĦAS-SENA 2013

Nippreżentaw il-Logo li qed jikkommemora t-30 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti flimkien mal-15 il-sena anniversarju mill-akkwist tar-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone bħala s-sede uffiċċjali tal-Għaqda:

Logo 30 Sena bw

Dan il-Logo beda jintuża minn Jannar 2013

__________________________________________________________________________

Sinjuri

Issa li l-Wirja tal-Milied għalqet, xtaqna nagħtukom rendikont tad-dħul minn din l-attivita', b'għan filantropiku:

Donazzjonijiet fil-kaxxa: €  1091

Donazzjonijiet oħra :       €   166

Total :                              € 1257

Dawn il-flus ġew imdaħħla fil-fond tal-Karita' tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti li l-għan ewlieni tagħha hu li tgħin lill-Komunita' permezz ta' l-attivitajiet kulturali li torganizza.

Nota żgħira - infakkru lil dawk l-individwi li għadhom ma ħallsux il-membership tagħhom, biex jagħmlu dan mill-iktar fis - grazzi. Dawk minnkom li qed taqraw din il-Website u tixtiequ li ssiru membri ta' din l-Għaqda/NGO, il-miżata hija ta' €5 fis-sena biss. Biex tagħmlu dan, ġentilment ejjew r-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied-il-Għasel, il-Mosta. Ir-Razzett ikun miftuħ kuljum bejn is-6pm u t-8pm.

Kif ħabbarna aktar kmieni, tellgħajna l-lotterija tal-Milied u r-rebbieħ huwa: AĦDAR 094 Ir-rebbieħ ġie avżat minnufih. 

Nieħdu din l-opportunita' biex nirringrazzjawkom lkoll ta' l-appoġġ li tajtuna f'din l-attivita' tal-Milied li kienet suċċess kibir u tagħtina kuraġġ biex nibqgħu għaddejjin fil-ħidma tagħna b'risq il-Kultura u l- Filantropija.

GRAZZI MILL-QALB

__________________________________________________________________

 PREMJU NAZZJONALI GĦALL-VOLONTARJAT 2012

Huwa pjaċir tagħna nħabbru li l-Għaqda Filantropika Talent Mosti kienet waħda mill-għaxar finalisti fost mijiet li ġew nominati għall-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2012.  

Iċ-ċeremonja tal-Għoti tal-Premjijiet ġiet intella' nhar l-Erbgħa 19 ta' Diċembru 2012 fiċ-Ċentru Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Ingħatat Merħba u Kelmtejn ta' Introduzzjoni mis-sur Mauro Pace Parascandolo - Segretarju Eżekuttiv tal- MCVS - Malta Council for the Volunatry Sector.  Wara sar diskors u Presentazzjoni dwar il-ħidma tal-Kunsill fl-2012 miċ-Chairperson MCVS is-sur Robert Farrugia.  Inqrat silta letterarja dwar il-Volontarjat mis-Sinjura Miriam Cassar u finalment tħabbru il-finalisti għall-Premju Nazzjonali għall-Volontorajat 2012, li fosthom kien hemm l-Għaqda Filantropika Talent Mosti.  Is-serata kienet imżewwqa minn interventi mużikali.

IMG 2502

Il-President tal-Għaqda wara li rċieva ċ-ċertifikat

IMG 20121220 0001

IMG 2506

 

Il-Finalisti flimkien ma' l-Organizzaturi - is-sur Joe Bartolo huwa t-tielet wieħed mix-xellug.

_________________________________________________________________ 

APPREZZAMENT

J.J. Camilleri

biex ismu, għerfu u tjubitu jibqgħu magħna

jj camilleri

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2012, fir-Rotunda tal-Mosta ingħatat l-aħħar tislima lil Joseph John Camilleri.  Magħruf bħala l-“Pjola”, il-“J.J.” jew is-“Sir”, kien kburi b’dak kollu li hu Mosti.  Hu dejjem rabat flimkien l-impenn ċiviku, edukattiv u letterarju fejn ħadem għall-ġid komuni tas-soċjeta’.  Fil-fatt hu kellu karriera twila fil-qasam tal-edukazzjoni u kif ukoll kien involut bi sħiħ fil-kamp letterarju.  Il-J.J. bħala delizzju kellu l-pittura, waqt li f’żgħozitu kien ukoll jirreċta l-parti ta’ Kristu fid-dramm tal-Passjoni. 

Dwar dan kollu u ferm aktar, żgur li hemm bosta persuni oħra li se jagħtuh tislima xierqa.  Aħna minn naħa tal-“Għaqda Filantopika Talent Mosti” se nsel2lmulu propju mill-qalb ta’ din l-N.G.O., mir-Razzett tal-Markiż li tant kien għażiż għalih.  Kien il-J.J.  innifsu li flimkien ma’ Victor Agius “ta’ Kalċ”, ħabirku mal-President ta’ Talent Mosti Joe Bartolo, biex din il-binja rurali Maltija ssir il-Kwartieri tal-Għaqda.  Din il-paġna tad-deheb fl-istorja ta’ Talent Mosti laħqet l-għan tagħha nhar l-1 t’Awissu 1998 u minn dak inhar ‘il quddiem, il-J.J. baqa’ dejjem jagħti minn qalbu l-kontribut imżewwaq tiegħu.  

L-ewwel impenn tiegħu kien bħala attur għax id-diriġenti tal-Għaqda, kienu offrewlu biex jieħu sehem f’żewġ produzzjonijiet umoristiċi: ‘Ġaħan u l-Ħbieb’ u ‘Meta x-Xitan Radd is-Salib’ (Wenzu u Rożi IV)”.  Il- qligħ minn dawn il-vidjows/DVD, li nbiegħu bl-eluf, mar għal skopijiet filantropiċi.  Appuntament annwali, kien is-sehem tiegħu fis-serata mużiko-letterarja li l-Għaqda torganiżża biex tfakar it-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu.  Bla dubju l-J.J. kien fost kullana twila ta’ poeti u kittieba, li ġie mistieden fis-sensiela “Niltaqgħu mal-Awtur”.  Ir-rumanz tiegħu “Shadows of the Truth” li ġie maqlub għall Ingliż minn Godwin Ellul, kellu t-tnedija tiegħu fis-sede tagħna.  Għall-attivitajiet imħejjijin biex l-Għaqda fl-2008 tfakkar il- 25 sena anniversarju mill-fondazzjoni tagħha u f’għeluq l-400 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Mosta, J.J. Camilleri ġie fdat biex jinseġ il-poeżija uffiċċjali biex tinkuruna dawn l-avvenimenti wisq importanti. 

Żgur li kien ta’ sodisfazzjon għalih, li dik iż-żerrigħa li hu ħawwel flimkien ma’ oħrajn li kellhom l-istess ħsieb tiegħu, jaraha tinbet, tikber, u ssir siġra b’zokk b’saħħtu, simbolu tal-maturita’.  Kellu x-xorti li jkun xhud ewlieni li jara kif din l-Għaqda b’għeruq parrokkjali, tikber għal stima u għarfien fuq livell nazzjonali.  Fuq kollox kellu l-esperjenza kif hu flimkien mal-għażiża martu Josephine, jaraw din il-ġawhra ta’ razzett, tinbidel f’ċentru ta’ Kultura Nazzjonali; u b’hekk l-għarfien tal-Kultura u l-għożża tal-patrimonju Malti jsibu ‘oasi’ minn fejn jimirħu b’risq il-ġid u l-ferħ tal-proxxmu. 

“Ħajr jistħuqqilha

Din l-Għaqda ‘Talent’

Li ssaħħet u kibret

Mostija – Maltija”

Hekk għoġbok twennes ma’ qalbek lil din l-Għaqda fil-versi li xtaqt tiddedika b’tant ġieħ u b’ġenwinita’ assoluta.  Nitolbuk biex tilqa’ dan l-apprezzament fqajjr tagħna u b’hekk bħal donnu jpatti xi ftit għat-teżor pressjuz li għoġbok isseddaq bih lil din l-N.G.O. meta kont għadek mimli bl-għomor.  Strieħ fis-sliem u gawdi l-glorja tas-sema.  Waqt li aħna li għadna hawn f’din l-art, ħallina nibqgħu ngawdu minn għerfek u tjubitek għal tul is-snin.

Muntaġġ: Rita Demicoli