Attivitajiet Attwali

 

 

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti

bi pjaċir tistiednek tiltaqa’ ma’

Margaret Agius

Attriċi u Awtriċi

Margaret Agius

Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2019 fis-7.30 pm

fir-Razztt tal-Markiż

Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

Se nsiru nafu lil Margaret Agius aktar mill-qrib

Permezz ta’ video u reċtar mid-drammi tagħha,

Bis-sehem ta’ l-Atturi magħrufa,

Manuel Cauchi u Alfred Mallia.

Se nassistu wkoll għat-tnedija tal-ktieb

Il-Mitħna f’Tarf it-Triq”

Poeżiji ta’ Margaret Agius u hutha

Charles Peter Grech u Frank Grech

u l-grafika ta’ oħtha Janet, 

Bis-sehem ta' Atturi u Studjużi

A Margaret A - Copy

Kulħadd mistieden jattendi – Dħul bla ħlas

VO: 226

Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż

Muntaġġ: Rita Demicoli

_____________________________________________________

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti

bi pjaċir tippresenta

“OF LAND AND SEA”

Esebizzjoni tal-Mużajk

minn

Raymond Aquilina u Flavia Marmarà

Il-Wirja ġiet inawgurata nhar il-Ħamis 6 ta' Ġunju 2019

Il-Mistiedna speċjali kienet is-Sinjura Mariella Pisani Bencini

A Fla1

 

A Fla2

Il-Wirja tibqa' miftuħa sat 23 ta’ Ġunju 2019

Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone

fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn -Sibt: mis-6pm sat-8pm

Ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm

A Flav 1

A Flav 2

A Flav 3

A Flav 4 

Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk.

Raymond li huwa mwieled u trabba fil-qalba tar-Rabat, minn dejjem kien jaffaxina ruħhu mix-xogħol tal-mużajk li hemm ġewwa il-Villa Rumana. Waqt iż-zjarat frekwenti tiegħu kien jammira il-preċizjoni tas-sengħa u paċenzja kbira li jirrekjedi ix-xogħol tal-mużajk.

Flavia minn naħa tagħha bħala tifla kienet ta’ spiss tesperjenza il-proċess tal-arti mill-qrib, permezz ta’ ommha li kienet tkun frekwentament tiprattika l-arti tal-pittura id-dar. Din l-esperjenza ħajritha biex minn eta żgħira tibda tattendi klassijiet tal-arti li nisġu ġewwa fiha l-ispirtu artistiku u immaġinattiv.

Flavia u Raymond ilhom jipprattikaw l-arti tal-mużajk għal dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena wara li kienu attendew għall-kors tal-mużajk immexxi mill-Artist Alfred Briffa. L-artisti jużaw diversi materjali biex joħolqu disinji u xogħlijiet oriġinali li joffru esperjenza rikka b’ diversi tekniki. Ix-xogħlijiet tagħhom huma ispirati primarjament minn natura u l-wirt kulturali ta’ diversi pajjiżi li jżuru. Barra minnhekk, din l-esebizzjoni ma segħtatx tkun kompluta mingħajr l-esperjenza li kisbu ġewwa Ravenna l-Italja fejn attendew għall-kors tal-mużajk immexxi minn Luciana Notturni.

It-titlu ta’ din l-esebizzjoni huwa “OF LAND AND SEA”. Dan għaliex dawn iż-żewġ artisti iffukaw il-ħiliet taghhom biex ħolqu armonija bejn biċċiet diversi u kultant kuntrastanti mqgħeda ħdejn xulxin b’sengħa u paċenzja kbira biex iwasslu interpretazzjonijiet mill-isbaħ ta’ xeni prominenti li naraw fil-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ din l-esebizzjoni, l-artisti jistiednu lil visitaturi biex mhux biss jesperjenzaw is-sbuħija tax-xogħol tagħhom, imma wkoll japprezzaw l-impenn qawwi ta’ siegħat twal ta’ xogħol li l-mużajk jirrekjedi.

VO: 226

Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż

___________________________________________

 

 

_________________________________________________________