Attivitajiet Attwali

 

 

_____________________________________________________

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti

tippresenta Wirja Artistika minn

John Vic Borg

Il-Wirja ġiet inawgurata s-Sibt 4 ta' Mejju 2019.

Il-Mistieden Speċjali kien l-Onorevoli Ministru Dr. Miahael Farrugia.  Il-Kuratur tal-Wirja kien is-Sur EV Borg.  Il-Wirja ġiet inawgurata uffiċċjalment mis-sur Joe Bartolo, filwaqt li l-presentazzjoni kienet f'idejn Rita Demicoli.

A JVBorgE

 

A JVBorgB

A JVBorgA

A JVBorgD

A JVBorgF

Il-Wirja tibqa' miftuħa sat-18 ta’ Mejju 2019

Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Il-Mosta

Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn sas-Sibt: mis-6pm sat-8pm

Ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm

A JVic1

 

 

A JVic2

 

A JVic3

 

A JVic4

John Vic Borg ilu juża ż-żejt fuq it-tila minn mindu kellu għaxar snin. Wara dawn is-snin kollha juża ż-żejt nistgħu ngħidu li John Vic għandu esperjenza vasta ta’ kif iħallat il-kuluri speċjalment meta tara s-suggetti tant rejalistiċi fil-pitturi tiegħu. Dan jagħmlu bil-kuntrast li kapaċi joħloq bid-dawl u d-dellijiet fit-teknika tal-chiaro-scuro fejn wieħed kważi kważi jistħajjel li jista’ jaqbad l-oġġetti fil-pittura b’idejh.  John Vic l-hena tiegħu ipinġi veduti, baħar u uċuh speċjalment f’xi ġurnata xemxija fil-kampanja. John Vic prattikament tgħallem waħdu bi ftit gwida minn xi artisti kemm f’Malta kif ukoll ġewwa l-Awstralja, fejn għex iż-żoghzija tiegħu. Ġie lura Malta meta kellu tmintax-il sena u ħa sehem f’diversi esibizzjonijiet kemm kollettivi u kemm personali. Għandu xoghol esibit madwar id-dinja fosthom fl-Awstralja, l-Ingilterra, il-Germanja, il-Kanada, l-Amerka, ic-Cina, il-Marokk, Dubai, l-Irlanda, il-Vatikan, l-Italja u Malta. Wiehed jista' jara l-pitturi tiegħu fuq il-paġna ta’ facebook; Paintings by John Vic Borg jew fuq is-sit elettroniku www.jvborg.com

John Vic Borg has been using oil on canvas since the tender age of 10. After all these years using this medium, John Vic has mastered it very well, as one can see through his surreal paintings, where he captures the light and shadows with his chiaro-scuro technique gives the viewer the sense that he can grab hold of the object in the painting.
John Vic has always enjoyed painting landscapes, seascapes and also portraits.  He enjoys days out in the countryside painting in open-air. John Vic is more of a self-taught artist who only had limited help from various artists both in Malta and Australia, where he lived for the most part of his teenage life. He returned to live in Malta when he was 18 years old and has since taken part in numerous collective and solo exhibitions and now has his works of art displayed in numerous private collections around the globe which include Australia, England, Germany, Canada, America, China, Romania, Cyprus, Morocco, Dubai, Ireland, the Vatican, Italy and Malta.His paintings can be viewed from his web page www.jvborg.com or FB page Paintings by John Vic Borg.

 VO: 226

Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż

Fotografija: F. Demiccoli

Muntaġġ: Rita Demicoli 

 ____________________________________

 

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019 kellna taħdita minn Simon Salafia fir-Razzett tal-Markiż.

Is-Sur Salafia tkellem dwar l-ismijiet tal-widien fl-inħawi tal-Mosta. Dan kollu huwa parti minn riċerka wiesa dwar l-ismijiet tal-widien fil-gżejjer Maltin fejn s’issa n-numru ta’ widien qed jersaq sew lejn l-elf isem.

 

F’din it-taħdita stajna naraw u niflu wieħed, wieħed madwar tletin isem ta’ widien li jinsabu qrib il-Mosta u t-tifsira ta’ kull isem. Rajna kif xi ismijiet għadhom jeżistu u xi ismijiet oħra għebu mill-memorja kollettiva tal-Maltin u tal-Mostin…

Għal din l-attivita' kellna attendenza sabiħa ħafna. Grazzi lill-Għaqda tal-Folklor, Grazzi lis-sur Simon Salafia u lil dawk kollha li għoġobhom jingħaqdu magħna fir-Razzett tal-Markiż.

A Salafia1

A Salafia2

MUNTAĠĠ: RITA DEMICOLI

________________________________________________________________________________